Coronavirus Lokali

Il-pandemija tħalli 13-il vittma f’ħamest ijiem

Sfortunatament, fl-aħħar sigħat tilfu ħajjithom ħames persuni oħra waqt li kienu pożittivi għall-Coronavirus – erbat irġiel ta’ 70 sena, 77 sena, 82 sena u ieħor ta’ 92 sena, u mara ta’ 77 sena. U fl-ahhar ħamest ijiem biss… tilfu ħajjithom 13-il persuna li kienu infettati bil-virus. Dan itella l-ammont ta’ vittmi kawża tal-pandemija għall-514.

Bejn it-Tlieta u l-Erbgħa ġew irreġistrati 342 każ ġdid tal-Covid-19 f’pajjiżna. Dan filwaqt li 548 persuna ġew irreġistrati bħala mfejqa ….sabiex b’hekk l-għadd tal-każi attivi f’pajjiżna issa jammonta għal 8,970.

Intant, il-pazjenti pożittivi għall-virus u li jinsabu rikoverati fl-Isptar Mater Dei naqqsu hekk kif issa qed jammontaw għal 102… bi tmienja minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.