Lokali

Il-persuna li konsistentement falliet mit-test tal-interess nazzjonali hu Robert Abela – il-PN

Il-persuna li konsistentement falliet mit-test tal-interess nazzjonali hu Robert Abela, li żamm diversi kuntratti li jaf li huma korrotti, filwaqt li kompla jipproteġi lil dawk li innegozjawhom għall-gwadann personali tagħhom, filwaqt li hu stess kien il-Konsulent Legali tagħhom.

Hekk qal il-Partit Nazzjonalista, fi stqarrija, fejn fakkar kif ir-rekord tal-Partit Nazzjonalista li jattira fondi tal-Unjoni Ewropea u jgħolli r-reputazzjoni ta’ Malta madwar id-dinja jitkellem waħdu. Dan meta mqabbel mal-Gvern ta’ Robert Abela li l-unika kisba internazzjonali tiegħu kienet li daħħal lil Malta fil-greylist.

Il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern mhux biss jassigura l-fondi meħtieġa tal-pipelines tal-gass, iżda se jassigura wkoll li l-flus ma jintużawx biex jippremjaw lil dawk li wettqu reati gravi, temmet tgħid l-istqarrija.