Futbol Sport

Inter fil-kwartifinali tal-Coppa Italia b’rebħa fuq Empoli fil-ħin barrani

(Ritratt: EPA)

Inter għamluha fil-kwartifinali tal-Coppa Italia meta wara l-ħin barrani għelbu lil Empoli bl-iskor ta’ 3-2. Fit-13 il-minuta ALEXIS SANCHEZ poġġa lil Inter fil-vantaġġ meta minn pass ta’ Denzel Dumfries għeleb lil Jacopo Furlan. Matul it-tieni taqsima kibret il-pressjoni minn Empoli li fil-61 minuta minn azzjoni ta’ Kristjan Asllani kien NEDIM BAYRAMI li għeleb lil Ionut Andrei Radu għal gowl tad-draw.

Maħsuda mill-gowl ta’ Bayrami, ebda reazzjoni minn Inter bir-riżultat li fis-76 minuta auto-goal ta’ IONUT ANDREI RADU li ħa post il-goalkeeper regolari Handanovic, poġġa lil Empoli 2 – 1 fil-vantaġġ. Fl-ewwel minuta ta’ ħin miżjud Inter kisbu l-gowl tad-draw. Minn azzjoni ta’Edin Dzeko kien ANDREA RANOCCHIA li għeleb lil Furlan 2 – 2 . Fil-ħin barrani kibret il-pressjoni minn Inter li fil-106 minuta marru 3 – 2 fil-vantaġġ b’gowl minn STEFANO SENSI minn azzjoni ta’ Sanchez. Gowl li kien biżżejjed biex Inter jgħaddu għal kwarti finali

Intant, rebħa minima għal Sassuolo li kienet biżżejjed biex l-avventura fil-Coppa Italia tkompli. Il-gowl li ddeċieda l-partita wasal wara biss 18 il-minuta . Sassuolo marru fil-vantaġġ minn azzjoni ta’ Rogerio kien ABDOU HARROUI li għeleb lil Boris Radunovic . Riżultat li biħ intemmet l-ewwel taqsima u eventwalment il-partita.

COPPA ITALIA

Illum: Sassuolo v Cagliari 1-0, Inter v Empoli 3-2