Lokali

L-Assoċjazzjoni Għawdxija għat-Turiżmu tifraħ lil Roberta Metsola

L-Assoċjazzjoni Għawdxija għat-Turiżmu ferħet lil Roberta Metsola għall-ħatra tagħha bħala President tal-Parlament Ewropew. Huma saħqu li s-sostenn li kisbet bil-vot tal-maġġoranza assoluta hija xhieda tal-ħiliet politiċi tagħha u t-twemmin ħaj li għandha fil-proġett Ewropew.

Ir-riżultat tat-Tlieta ġie deskritt bħala wieħed storiku hekk kif il-GTA saħqet li apparti s-suċċess personali tagħha, dan huwa mument storiku għall-poplu Malti u Għawdxi kollu.

Riżultat, li jwassal messaġġ ċar li ankè Malta, l-iżgħar stat membru fl-Unjoni Ewropea, jista’ jwassal il-kontribut tiegħu b’determinazzjoni u perseveranza mill-Membri Parlamentari Ewropej Maltin.

GTA spjegat li tittama li din l-okkażżjoni terġa’ tikseb s-sens ta’ tama u entużjażmu rigward il-proġett Ewropew.