Futbol Sport

L-Eġittu u n-Niġerja jikkwalifikaw mal-aħħar sittax

Minn Grupp D l-Eġittu kisbu rebħa minima ta’ 1-0 fuq is-Sudan biex għamluha mal-aħħar sittax tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani. Partita deċiża matul l-ewwel taqsima wara li fil-35 minuta l-Eġittu fetħu l-iskor. Minn azzjoni ta’ Abdalla el Said kien ,MOHAMED ABDEL MONEIM li għeleb lil Mohamed Mustafa Mohamed.

Intant, punti massimi għan-Niġerja bit-tielet rebħa minn daqstant partiti, meta għelbu lil Guinea-Bissau bl-iskor ta’ 2-0. L-ewwel taqsima ntemmet mingħajr gowls. Bin-Niġerja fuq l-offensiva fis-56 minuta meritatament marru fil-vantaġġ permezz ta’ UMAR SADIQ li minn azzjoni ta’ Kelechi Iheanacho għeleb lil Maurice Gomis. Fid-79 minuta Niġerja rduppaw permezz ta’ WILLIAM TROOST EKONG li mill-ġdid għeleb lil Gomis u litteralment għalaq il-partita.

TAZZA TAN-NAZZJONIJIET AFRIKANI

Illum: Eġittu v Sudan 1-0, Guinea Bissau v Niġerja 0-2