Lokali Unjoni Ewropea

L-għaqdiet li jirrapreżentaw in-nisa jispjegaw għaliex kien “jum storiku minn diversi aspetti”

"Qatt ma ħalliet l-ostakli iwaqqfu l-ħolm li kellha"

“Malta hija mimlija talenti. U Roberta Metsola hija prova ta’ dan”.

Hekk intqal fi stqarrija maħruġa minn 11-il għaqda li jirrapreżentaw setturi varji ta’ nisa fis-soċjetà tagħna, wara s-suċċess kbir li kellha l-MEP Maltija Roberta Metsola li issa ħadet it-tmexxija tal-Parlament Ewropew.

L-għaqdiet, miġbura taħt l-isem empower, qalu li Metsola laħqet dan it-tragward għaliex kienet determinata, kellha r-rieda, is-saħħa kif ukoll prinċipji. “Qatt ma ħalliet l-ostakli iwaqqfu l-ħolm li kellha”.

Dawn il-11-il għaqda insistew li Metsola hi “il-mudell perfett” għat-tfajliet u ż-żgħażagħ – xempju ta’ persuna li qatt ma waqfet tisslielet biex tilħaq l-ambizzjonijiet tagħna.