Lokali

RITRATTI: Konġestjoni kbira ta’ traffiku wara li waqgħet siġra

Sewwieqa ta’ karozza kellha tittieħed l-isptar wara li l-vettura tagħha intlaqtet minn siġra fi Vjal Sir Paul Boffa, Raħal Ġdid. Net News jista’ jikkonferma li l-mara, li għandha 50 sena u hi mill-Birgu, ma sofrietx ġrieħi serji.

Dan seħħ wara li trakk ġibed fergħa minn siġra li tinsab fil-ġenb ta’ din it-triq.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9am.

It-triq bħalissa tinsab magħluqa għat-traffiku.