Futbol Sport

Tottenham b’rebħa drammatika fuq Leicester… Man Utd jegħlbu lil Brentford

Rebħa drammatika għal Tottenham fuq Leicester bl-iskor ta’ 3-2, li permezz tagħha fil-klassifika telgħu fil-ħames post b’36 punt fejn qabżu lil Arsenal u Manchester United. Fl-24 minuta Leicester City marru fil-vantaġġ b’PATSON DAKA għeleb lil Hugo Lloris. Reazzjoni immedjata minn Tottenham li fit-38 minuta kisbu l-gowl tad-draw. Minn azzjoni ga’ Harry Winks kien HARRY KANE li għeleb lil Kasper Schmeichel , 1 – 1 fi tmiem l-ewwel taqsima. Bilanċ assolut matul it-tieni taqsima bid-differenza li fis-76 minuta Leicester City mill-ġdid fil-vantaġġ. Azzjoni ta’ Harvey Barnes lejn JAMES MADDISON li għeleb lil Lloris għat-2 – 1 . Meta kollox deher li Leicester kienu resqin għat tmien rebħa tal-Kampjonat. Fis-sitt minuta ta’ ħin miżjud kien STEVEN BERGWIJN li għeleb lil Schmeichel għat-2 – 2 . Għaddiet minuta u minn azzjoni ta’ Harry Kane kien mill-ġdid BERGWIJN li skorja għal Tottenham f’rebħa drammatika li mmaturat fid-disa’ minuti ta’ ħin miżjud.

Rebħa importanti għal Manchester United ta’ 3-1 fuq Brentford li mmaturat fit-tieni taqsima sabiex fil-klassifika telgħu fis-7 post b’35 punt daqs Arsenal, bl-ewwel taqsima tintemm 0 – 0. Fil-55 minuta Manchester United marru fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Fred kien ANTHONY ELANGA li għeleb lil Jonas Loessl. Ebda reazzjoni minn Brentford b’Manchester United approfittaw tant li tmien minuti wara rduppjaw permezz ta’ MASON GREENWOOD minn azzjoni ta’ Bruno Fernandes. L-iskor kompla jikber fis-77 minuta permezz ta’ MARCUS RASHFORD minn azzjoni ta’ Fernandes. Brentford naqqsu l-iskor fil-85 minuta b’ IVAN TONEY jgħeleb lil David De Gea.

PREMIER LEAGUE

Illum: Leicester v Tottenham 2-3, Brentford v Man Utd 1-3