Sport Sport Ieħor

Andy Murray u Emma Raducanu eliminati mill-Open tal-Awstralja

Il-Brittaniċi Andy Murray u Emma Raducanu kienu eliminati mill-Open tal-Awstralja wara t-telfiet tagħhom kontra Taro Daniel u Danka Kovinic rispettivament. Murray kien eliminat mill-Ġappuniż Daniel fi tliet sets ta’ 6-4 6-4 6-4, b’dan tal-aħħar jinsab fil-120 post fir-rankings tal-ATP. Murray stqarr li huwa diżappuntat ferm b’din it-telfa wara li qatta’ tant xhur jaħdem u jitħarreġ biex ma jkollux prestazzjonijiet deludenti bħal ma’ kellu kontra Daniel.

Min-naħa l-oħra il-Britannika żagħżugħa Emma Raducanu wkoll kienet eliminata mill-Open tal-Awstralja wara li tilfet kontra Danka Kovincic tal-Montenegro 6-4 4-6 6-3. Wara li ħadet vantaġġ ta’ 3-0 fl-ewwel set Raducanu kellha titlob l-għajnuna medika minħabba injury f’idejha li affetwatilha l-kumplament tal-prestazzjoni tagħha. Raducanu stqarret li qabel din il-logħba, t-tim tagħha qalilha li m’għandiex tikkompeti hekk kif ħasset li setgħet tilgħab minkejja l-uġiegħ li kellha.