Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: Imutu 6 persuni; reġistrati 286 każ ġdid

Sfortunatament, fl-aħħar 24 siegħa tilfu ħajjithom 6 persuni oħra waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19 – raġel ta’ 47 sena, raġel ta’ 75 sena u raġel ta’ 79 sena u mara ta’ 75 sena, mara ta’ 79 sena u mara ta’ 97 sena. Dan itella l-ammont ta’ vittmi kawża tal-pandemija għall-520.

Fl-aħħar sigħat ġew irreġistrati 286 każ ġdid tal-Covid-19 f’pajjiżna. Dan filwaqt li 552 persuna ġew irreġistrati bħala mfejqa ….sabiex b’hekk l-każi attivi f’pajjiżna issa jammontaw għal madwar 8,698.

Bejn l-Erbgħa u l-Ħamis il-pazjenti pożittivi rikoverati fl-Isptar Mater Dei naqqsu hekk kif issa qed jammontaw għal 94… bi tmienja minnhom jinsabu  fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.