Il-Moviment Nisa Partit Nazzjonalista permezz ta’ stqarrija nnota li din kienet ġimgħa pożittiva għan-nisa fir-rigward ta’ okkupazzjoni ta’ pożizzjonijiet fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet.
“Il-MNPN jixtieq jifraħ lil Roberta Metsola li ġiet eletta b’vot b’saħħtu bħala President tal-Parlament Ewropew, lil Graziella Galea li ġiet co-opted b’vot unanimu mill-Eżekuttiv u ser isservi bħala Membru Parlamentari fi ħdan il-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista, kif ukoll lil Veronica Perici Calascione li ġiet maħtura bħala Segretarju Internazzjonali tal-Partit Nazzjonalista.”
Intqal li dawn in-nisa bil-ħidma sfieqa fil-karriera tagħhom, jinsabu ċerti li dawn ser iservu ta’ mudell għal tfajliet u nisa biex dejjem jafdaw fil-ħiliet tagħhom u b’determinazzjoni u kuraġġ jemmnu li l-ebda ostakolu mhu ser jżommhom milli jilħqu l-quċċata fil-ħajja pubblika u fis-soċjetà.
//= $special ?>