Lokali

Ħaddiem ferut wara li nqaleb b’makkinarju

Ħaddiem ta’ 43 sena mill-Kosta tal-Avorju, residenti Ħal Qormi, sofra ġrieħi gravi f’inċident
fuq il-post tax-xogħol.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-5:45pm, fi Triq Bir Miftuħ, il-Gudja.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li r-raġel
inqaleb b’makkinarju li kien qed iħaddem. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.