Futbol Sport

Il-Kosta tal-Ivorju jwaqqfu lill-Alġerija milli jiddefendu t-titlu

Il-Kosta tal-Ivorju kisbu rebħa ta’ 3-1 fuq l-Alġerija biex waqqfuhom milli jiddefendu t-titlu li rebħu fl-2019. Fit-22 minuta Kosta tal-Avorju fetħu l-iskor. Minn azzjoni ta’ Nicolas Pepe kien FRANCK KESSIE li għeleb lil Rais M’Bolhi. Ebda reazzjoni mill-Alġerija li fid-39 minuta sofrew it-tieni gowl. Minn pass ta’ Serge Aurier kien IBRAHIM SANGARE li mill-ġdid għeleb lil M’Bolhi. Fl-54 minuta l-iskor sar 3 – 0 b’gowl ta’ NICOLAS PEPE minn azzjoni ta’ Sebastian Haller. Ċans għall-Alġerija biex inaqqsu l-iskor izda fis-60 minuta Riyad Mahrez falla penalty. Madankollu fit-73 minuta minn azzjoni ta’ Aissa Mandi kien SOFIANE BENDEBKA li għeleb lil Badra Ali Sangare għat 3 – 1

Tkompli wkoll s-serje pożittiva tal-Guinea Ekwatorjali li bir-rebħa fuq Sierra Leone b’sitt punt għaddew għar-rawnd li jmiss. Fit-38 minuta Guinea fil-vantaġġ. Azzjoni ta’ Iban Salvador b’PABLO GANET jgħeleb lil Jesus Owono għal 1-0. Gowl li kien biżżejjed għal kwalifikazzjoni.

Il-Gambja wkoll għamluha mal-aħħar sittax meta għelbu lit-Tuneżija bl-iskor ta’ 1-0 fl-aħħar minuti. 0 – 0 sa tmiem l-ewwel taqsima wara li fl-ewwel minuta tal-ħin miżjud ir-referee Fernando Guerrero tal-Messiku saffar penalty għat-Tuneżija iżda Jaziri Seifeddine naqas milli jgħeleb lil Żewġ minuti wara tkeċċa għat Tuneżija Farouk Ben Mustapha. Bil-partita destinata għal draw, fit-tielet minuta tal-ħin miżjud kien ABILE JALLOW li għeleb lil Bechir Ben Said u kwalifikazzjoni għar-rawnd li jmiss.

B’gowl f’kull taqsima Mali għelbet lil Mawretanja bl-iskor ta’ 2-0 sabiex b’differenza aħjar mill-Gambja temmew fl-ewwel post tal-klassifika. Wara biss żewġ minuti logħob Mali fil-vantaġġ. Azzjoni ta’ Moussa Doumbia lejn MASSADIO HALDARA li għeleb lil Babacar Diop għall-uniku gowl matul l-ewwel taqsima. Fid-49 minuta Mali irduppjaw din id-darba minn penalty mgħoti u skorjat minn IBRAHIMA KONE .

TAZZA TAN-NAZZJONIJIET AFRIKANI

Illum: Grupp E: Kosta tal-Ivorju v Alġerija 3-1, Sieera Leone v Guinea Ekwitorjali 0-1, Grupp F: Gambja v Tuneżija 1-0, Mali v Mawritanja 2-0