Lokali

Il-Ministri skomdi wara l-istqarrija ta’ Robert Abela

Lill-Ministru tal-Kultura u l-Kunsilli Lokali Josè Herrera saqsejnih b’mod dirett x’jaħseb dwar l-istqarrija tal-PM Robert Abela fejn wissa lill-istituzzjonijijiet biex joqgħodu attenti, b’Herrera jistqarr ma’ Net News li l-istituzzjonijiet iridu jitħallew jaħdmu. Għalkemm il-Ministru qal illi ħadd mhu jgħid lill-istituzzjonijiet biex joqgħodu attenti.

“Naħseb li l-istituzzjonijiet għandhom jitħallew joperaw, b’mod liberu, però ħadd mhu qed jgħid li l-istituzzjonijiet għandhom joqgħodu attenti b’mod negattiv… ħadd ma qalha din”

Aktar tard, għal domanda oħra ta’ Net News, il-Ministru Herrera biddel id-diska u qalilna li l-PM ġie miżinterpretat.

“Naħseb li ġie miżinterpretat, ma kienx qed jintimida”

Meta mistoqsi għaliex jaħseb li l-PM qal hekk, huwa weġibna b’dan il-mod.

“Il-Prim Ministru qal hekk għax jemmen fl-istituzzjonijiet”

Wara dak li stqarr il-PM, dan l-istazzjon ħa l-kummenti wkoll tal-Ministru tal-Agrikoltura u s-Sajd Anton Refalo fejn stqarr illi jaqbel ma’ dak li qal Robert Abela.

“Naqbel ma’ dak li qal il-PM u nikkonferma dak li qal le mhux li joqgħodu attenti, imma jridu jimxu skont il-liġi… l-istituzzjonijiet iridu jaħdmu skont il-liġi”