Futbol Sport

Liverpool fil-finali tal-EFL Cup b’rebħa fuq Arsenal

(Ritratt: EPA)

Liverpool kisbu post fil-finali tal-EFL Cup meta fit-tieni leg tas-semi finali għelbu lil Arsenal bl-iskor ta’ 2-0. Issa Liverpool jiltaqgħu kontra Chelsea fil-finali, wara li dan tal-aħħar eliminaw lil Tottenham. Mid-draw ta’ 0 – 0 f’Anfield fl-ewwel leg, b’gowl f’kull taqsima għelbu u eliminaw lil Arsenal sabiex għaddew għal finali tal-EFL Cup. Fl-20 minuta Liverpool fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Trent Alexander Arnold, kien DIOGO JOTA li għeleb lil Aaron Ramsdale. L-istess DIOGO JOTA minn azzjoni ta’ Trent Alexander Arnold kompla jkun protagonista meta fid-79 minuta għeleb għat tieni darba lil Ramsdale u għalaq il-partita. Fid-90 minuta Martin Atkinson keċċa lil Thomas Partey ta’ Arsenal wara ammonizzjoni doppja.

EFL CUP

Illum: Arsenal v Liverpool 0-2

Finali: 27 ta’ Frar 2022 : Liverpool v Chelsea