Futbol Sport

Rimonta fl-aħħar minuti tagħti rebħa spettakolari lil Birkirkara

BIRKIRKARA …………………. 3

BALZAN ………………………… 2

Birkirkara: L.Savelloni (A.Sylla 46′), E.Ruiz (O.Carniello 39′), E.Pepe, Y.Yankam (B.Ngissah 39′), L.Montebello, P.Mbong, K.Zammit (C.Bonanni 46′), C.Attard, L.Aguirre, J.Macedo (J.Valletta 90′), D.Venancio

Balzan: J.Galea, A.Loof, M.Grima, P.Fenech, U,Ljubomirac (A.Daniels 77′), M.Zlatkovic, N.Frendo, G.Camilleri, M.Mijic, A.Adnrejic (A.Bradshaw 90′), B.Kaljevic (M.Duric 63′)

Referee: Matthew Degabriele

Assistenti Referees: Jurgen Spiteri, Christopher Francalanza

Fis-Centenary Stadium Birkirkara rnexxielhom idawwru telfa f’rebħa fl-aħħar minuti tal-partita biex għelbu lil Balzan 3-2 bl-aktar mod spettakolari. Balzan fetħu vantaġġ doppju fl-ewwel taqsima, b’Aleksa Andrejic jiftaħ l-iskor fil-31 minuta mill-ħdax-il metru, wara li r-referee Matthew Degabriele ordna penalty għal foul tal-goalkeeper Luca Savelloni fuq Bojan Kaljevic.

Lejn tmiem l-ewwel taqsima Balzan rdoppjaw meta minn pass ta’ Aleksa Andrejic din id-darba kien Uros Ljubomirac li xeħet wara Savelloni għal 2-0. Sadanittant, Birkirkara kellhom jistennew sas-87 minuta biex jiskorjaw l-ewwel gowl tagħhom meta minn cross ta’ Leandro Aguirre kien Luke Montebello li bir-ras xeħet fix-xibka għal 2-1.

Fit-92 minuta Birkirkara kisbu l-gowl tad-draw meta kien Ngissah Bismark li għadda lejn is-sostitu Jed Valletta li b’volley mill-isbaħ għeleb lil Jake Galea għal 2-2. Biex hekk kif kollox deher li l-partita se tintemm fi draw, kien Diego Venancio li b’xutt b’saħħtu għeleb lil Galea biex ta tliet punti mportanti lil Birkirkara.

B’hekk b’din ir-rebħa drammatika Birkirkara telgħu fir-raba’ post tal-klassifika bi 23 punt filwaqt li Balzan baqgħu fis-seba’ post b’19-il punt.