Futbol Sport

Roma fil-kwarti finali tal-Coppa Italia wara li għelbu lil Lecce

(Ritratt: EPA)

Roma kellhom jitħabtu aktar mill-previst biex għelbu lil Lecce u kisbu fil-fil-kwarti finali tal-Coppa Italia. Fl-14 il-minuta b’sorpriża Lecca fil-vantaġġ wara li ARTURO CALABRESI għeleb lil Rui Patricio. Reazzjoni minn Roma li iżda kellhom jistennew sal-40 minuta biex skorjaw il-gowl tad-draw. Minn azzjoni ta’ Tammy Abraham kien MARASH KUMBULLA li għeleb lil Marco Beleve. 1 – 1 sa tmiem l-ewwel taqsima. Fil-59 minuta minn pass ta’ Henrikh Mkhitaryan kien TAMMY ABRAHAM li għeleb lil Beleve għat 2 – 1 .Fit-62 minuta għal Lecce tkeċċa Mario Gargiulo wara ammonizzjoni doppja sabiex fil-81 minuta minn azzjoni ta’ Mkhitarjan kien ELDOR SHOMURODOV li għamel l-iskor 3 – 1 u għalaq il-partita.

COPPA ITALIA

Illum: Roma v Lecce 3-1