Lokali

Ace jsib xortih wara li ġie rrifjutat darbtejn minħabba d-diżabbiltà tiegħu

Il-kelb Ace, fl-aħħar sab xortih ma’ familja li tħobbu wara li kien ġie rrifjutat minn żewġ familji… għax għandu sieq nieqsa.

Minkejja li Ace s’issa ma kellux xortih tajba fil-passat, is-sid il-ġdid, Jurgen Mallia, li jiġi ħu Ramiro, ried li jaddottah minkejja kollox. Anke meta qalulu li Ace mhux talli għandu biss tliet saqajn iżda wkoll m’għandux it-taħriġ meħtieġ li wieħed jistenna f’dar, Mallia xorta waħda ried itih ħajja xierqa akkost ta’ kollox.

U mhux talli hekk, talli Ace ngwalha tajjeb mal-annimali domestiċi l-oħra li wieħed isib għand Mallia.