Internazzjonali

Covid-19: Franza tibda tnaqqas il-limitazzjonijiet…Tensjoni fil-Ġermanja

Franza għandha tibda tnaqqas il-limitazzjonijiet għall-poplu fid-dawl tal-pandemija – bil-Prim Ministru Franċiż, Jean Castex, isostni, waqt diskors, li s-sitwazzjoni ġenerali tal-Covid-19 f’pajjiżu qed taqleb għall-aħjar.

L-awtoritajiet Franċiżi, mill-bidu ta’ Frar, għandhom inaqqsu r-regoli biex in-nies jaħdmu mid-dar waqt li mistenni li n-nightclubs jerġgħu jitħallew jiftħu sa nofs ix-xahar id-dieħel.

Fi żviluppi oħra, żdiedet it-tensjoni fil-Ġermanja meta aktar persuni – anti-vaxxers – li jopponu għat-tilqima kontra l-Covid qegħdin jissieħbu f’dimostrazzjonijiet kontinwi biex iwasslu dan il-messaġġ madwar il-pajjiż.

Filwaqt li l-Ġermanja, f’Marzu, se tintroduċi l-liġi biex il-poplu jitlaqqam bilfors kontra l-Covid, id-deċiżjoni tidher li mobilizzat lill-Ġermaniżi li jridu l-‘għażla ħielsa’ – flimkien mal-gruppi taċ-ċittadini li jemmnu li l-programm tat-tilqim jinvolvi l-aktar pass għaqli għal waqt pandemija.