Coronavirus Lokali

COVID-19: vittma oħra u 306 każ ġdid, ifiqu 1,062

Bejn ilbieraħ u llum mara ta’ 74 sena tilfet ħajjitha kawża tal-Covid-19.

Dan ifisser li sa issa pajjiżna kellu 521 fatalità mill-bidu tal-pandemija sal-lum – 20 minnhom fl-aħħar sebat ijiem.

Bejn Il-Ħamis u l-Ġimgħa kienu rreġistrati 306 każ ġdid u fiequ 1,062 persuna biex il-każijiet attivi issa niżlu għal 7,941.

F’din it-98 ġimgħa kienu 2,405 il-persuni li rriżultaw pozittivi għall-virus.

Intant minn nhar it-Tnejn daħlu fis-seħħ regoli ġodda li jillimtaw id-dħul f’ristoranti, każini, gyms u postijiet oħra għal min għandu ċ-ċertifikat tal-booster.