Internazzjonali

Imut il-kantant u attur Meat Loaf

Meat Loaf, il-kantant u attur magħruf l-aktar għar-rwol tiegħu ta’ Eddie fil-famuż The Rocky Horror Picture Show miet fl-età ta’ 74 sena. Mhux magħruf x’kienet il-kawża tal-mewt tiegħu.

L-artist u rebbieħ ta’ Grammy Award li ismu propju kien Marvin Lee Aday miet ilbieraħ b’martu Deborah ma ġenbu.

Kien l-aġent tiegħu, Michael Greene li ħabbar il-mewt tiegħu lill-media.

Meat Loaf jibqa’ mfakkar għal suċċessi kbar bħal I’d do anything for Love u Bat Out Of Hell

Hu kellu żewġ uilied, Pearl u Amanda.