Lokali

Isofri ġrieħi gravi wara li waqgħet ġebla fuqu u jibqa’ nieżel f’xaft fil-Ħamrun

Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqgħet ġebla fuqu u baqa’ nieżel f’xaft waqt li kien qed isir xi xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Danny Cremona, il-Ħamrun għall-ħabta tal-10:20 ta’ dalgħodu.

Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-Pulizija u tim mediku mill-Isptar Mater Dei fejn taw l-ewwel għajnuna lill-vittma ta’ 20 sena residenti Ħaż-Żabbar. Iktar tard hu ttieħed l-Isptar għal kura.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.