Lokali Qorti

Jammetti li seraq €25 minn fuq anzjana u €70 minn karozza

Raġel ta’ 35 sena minn Ħaż-Żabbar ammetta quddiem il-Maġistrat Nadine Lia li nhar il-Ġimgħa, 14 ta’ Jannar seraq €25 lil mara anzjana ta’ 74 sena minn pajjiżu stess, liema serq huwa aggravat bi vjolenza.

Is-serqa saret għall-ħabta tal-5.00pm fejn Brandon Luke Meilaq, li għandu problema tal-vizzju mid-droga ġie mixli li mingħajr ħsieb li joqtol jew li jqiegħed il-ħajja tal-anzjana f’periklu, kkaġunalha ġrieħi ħfief.

Meilaq ġie mixli wkoll li minn triq oħra, wkoll f’Ħaż-Żabbar fil-11 ta’ Jannar li għadda għall-ħabta ta’ 12.00pm. seraq €70 minn karozza minn karozza Hyundai u li sar reċidiv. Il-Qorti laqgħet it-talba tad-difiża sabiex isir pre-sentencing report qabel ma tgħaddi għas-sentenza.

Għal Meilaq deheret l-avukat Charmaine Cherrett filwaqt li l-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Lydon Zammit, Stephen Gulia u Kurt Farrugia.