Lokali

Il-Labour ikompli jaħrab id-dibattiti – PN

Chris Fearne qed jagħmel bħal bqija tal-Labour u jaħrab mid-dibattiti.

Illum ħarab mid-dibattitu fuq Newsbook fuq l-iskandlu tal-isptarijiet li għadu jiddefendi minflok iħassar il-kuntratt.

Fearne qed jaħrab ukoll milli jwieġeb domandi dwar il-kuntratt skandaluż ta’ €13,500 fix-xahar għall-campaign manager tiegħu.

Illum, minflok jwieġeb u jiddibatti, mar jitkellem waħdu fil-komfort ta’ One TV biex jikkonferma l-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista li l-miżuri tal-Covid-19 kienu eċċessivi u ma kellhomx jiddaħlu. Chris Fearne huwa bħal Robert Abela, jaħrab mid-dibattitu.