Lokali

Ir-restrizzjonijiet tal-Covid għandhom jibqgħu fis-seħħ?

Fi ftit ġimgħat oħra pajjiżna jidħol fit-tieni sena mindu beda jiġġieled l-pandemija tal-Covid-19… bl-ewwel xahar ta’ din is-sena iġib miegħu restrizzjonijiet ġodda…

Dan hekk kif mis-17 ta’ Jannar, bars, restaurants, gyms, spas, casinos, snack bars, pools, clubs, cinemas, teatri, attivitajiet sportivi u kwalunkwe attività oħra huma aċċessibbli biss għal min għandu ċertifikat validu tal-vaċċin.

Restrizzjonijiet li ġabu magħhom opinjonijiet varji, b’uħud ma jemmnux li dan hu ġust filwaqt li oħrajn ma jixtiqux li dawn il-miżuri jitneħħew għalissa hekk kif iħossuhom iktar protetti.

U l-istess għall-booster, fejn uħud jaqblu li kull individwu għandu jieġdu, b’oħrajn jemmnu li m’għandhomx ikunu obbligati li jiieħduh biex ikun jista’ jieħu sejem f’ċerti attivitajiet.

Huwa fatt li ħafna jinsabu ħerqana biex jerġgħu lura għan-normalità li konna mdorrijin biha qabel din il-pandemija affettwar il-ħajja ta’ kulħadd.