Lokali

Iweġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq sellum f’kamra t’għalqa

Raġel ta’ 48 sena residenti x-Xagħra qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq sellum waqt li kien f’kamra t’għalqa fi Triq il-Merżuq, iż-Żebbuġ, Għawdex għall-ħabta tas-1pm.

Fuq il-post issejjħu l-Pulizija u tim mediku li wara li tawh l-ewwel għajnuna fuq il-post, ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.