Coronavirus Lokali Saħħa

Jitilfu ħajjithom 4 persuni; 285 każ ġdid ta’ COVID-19

Fl-aħħar 24 siegħa pajjiżna rreġistra 285 każi ġodda ta’ COVID-19 filwaqt li fiequ mill-virus 1,296 persuna.

Sfortunatament, il-Pandemija swiet il-ħajja ta’ erba’ persuni oħra meta fl-aħħar sigħat mietu mara ta’ 89 sena u tliet irġiel ta’ 79, 81 u 86 sena rispettivament. B’hekk il-COVID-19 issa ħa l-ħajja ta’ total ta’ 525 persuna.

Dan l-aħħar aġġornament tal-awtoritajiet fuq Facebook issa jħalli l-każi attivi f’pajjiżna jammontaw għal 6,926.

Il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar li fl-aħħar sigħat, il-pazjenti fl-Isptar Mater Dei, b’kumplikazzjonijiet tal-virus żdiedu għal 100. Dan filwaqt li dawk f’qagħda kritika u li jinsabu fit-taqsima tal-kura intensiva issa telgħu għal 8.