Lokali

L-MHRA tilqa’ l-aħbar tat-tnaqqis tar-restrizzjonijiet

L-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u r-Ristoranti (MHRA) laqgħet l-aħbar tat-tnaqqis tar-restrizzjonijiet marbuta mal-Covid-19 matul il-ġimgħa li ġejja hekk kif dawn se jkunu qed jgħini lil-lukandi u r-ristoranti ta’ pajjiżna.

Dwar it-tnaqqis tar-restrizzjonijiet, il-Partit Nazzjonalista kien ilu l-ġimgħat jenfasizza li l-miżuri li għadhom fis-seħħ huma diskriminatorji u żiedu piż ieħor fuq in-negozji Maltin. Il-Partit ikompli jisħaq fuq l-importanza li jittieħed il-booster, madankollu jenfasizza l-bżonn ta’ bilanċ u miżuri li jagħmlu sens għall-kuntest.

L-MHRA, fi stqarrija saħqet li hemm bżonn nitgħalmu ngħixu bil-Covid filwaqt li jinstabu soluzzjonijiet għall-futur, fosthom dawk simili li jiġu applikati għall-influwenza annwali.

Huma saħqu li matul il-proċess li pajjiżna jibda miexi lejn in-normalità, il-lukandi u r-ristoranti xorta waħda se jkollhom vjaġġ twil biex jerġgħu jiġu fuq saqajhom bħalma kienu qabel il-pandemija.