Lokali

Manuel Cuschieri jiddefendi lil Joseph Muscat u jattakka lill-Magistrat

“Dan kien komplott. Persekuzzjoni kontra Joseph Muscat.”

Hekk stqarr ix-xandar veteran Manuel Cuschieri illi uża l-programm tiegħu tar-radju biex ikompli jrewwaħ id-diviżjoni bejn il-klikka li qed tappoġja lill-eks Prim Ministru Muscat…u dawk li qed jappoġjaw lil Robert Abela. Dan apparti l-attakk isteriku li ghamel fuq il-Qrati u l-Pulizija.

B’dawn il-programmi, il-media Laburista fethet attakk dirett fuq il-Pulizija u l-Qrati. B’Manuel Cuschieri jghid li r-raid fuq Joseph Muscat kien inaċċettabbli, u li qed tintilef il-fiduċja fl-istituzzjonijiet.

Manuel Cuschieri insista li hemm elementi fil-Pulizija u fil-ġudikatura li qed jimxu b’mod kundannabbli… U kompla b’attakk wara l-ieħor fuq il-maġistrat Gabriella Vella.

Manuel Cuschieri hu magħruf sewwa għal-lealtà kbira tiegħu lejn Joseph Muscat… li hu għadu jqis bħala l-mexxej tiegħu.

U bħal Cuschieri, huma ħafna l-Laburisti li ma jqisux lil Robert Abela bħala l-mexxej tagħhom għax għadhom iqisu lil Muscat bħala l-leader …tant li issa jridu jnizzlu n-nies fit-toroq biex jappoġjawh.