Internazzjonali

Omm tiftaħ kawża kontra l-kumpanija ‘Meta’

Mara fl-Istati Uniti qed tfittex lill-kumpanija tat-Teknoloġija Soċjali Meta, wara li allegatement l-użu eċċessiv fuq il-midja soċjali ikkawża is-suwiċidju ta’ bintha. Selena Rodriguez, tifla ta’ 11-il sena residenti fil-belt ta’ Enfield, għamlet suwiċidju fil-21 ta’ Lulju 2021.

Dan il-każ ġej fost biża’ li qed jesperjenzaw diversi ġenituri minħabba l-impatt negattiv li l-midja soċjali qed tħalli fuq it-tfal tagħhom. Filatt skond stqarrija maħruġa mis-Social Media Victims Law Center, it-tfajla sofriet minn dipendenza “estrema” fuq Instagram u Snapchat.

Il-kawża li nfetħet tallega wkoll li Selena kienet vittma ta’ tixrid ta’ ritratti intimi fuq il-media soċjali .. li eventwalment waslu għas-suwiċidju tagħha.