Lokali

Tkompli tikber il-pressjoni fuq Robert Abela

Ġurnata oħra… u Ministru ieħor qed jappoġġja dik li ħafna sejħulha theddida mill-Prim Ministru Robert Abela fuq l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna, wara r-raid li sar fid-dar tal-predeċessur tiegħu Joseph Muscat. Din id-darba kien imiss lill-Ministru tal-Edukazzjoni u tal-Isport Clifton Grima illi ma’ Net News stqarr li jaqbel ma’ dak li qed jgħid il-Prim Ministru Robert Abela.

F’kummenti lill-media aktar kmieni din il-ġimgħa, Robert Abela…. għal darba, darbtejn tlieta… qal li “l-istutuzzjonijiet għandhom joqgħodu attenti”. B’analisti politiċi jgħidu li din mhi xejn għajr theddida fuq l-investigaturi u l-ġudikatura. Mistoqsi dwar dan, Clifton Grima qal li m’hemm xejn x’iżid ma’ dak li qal il-Prim Ministru.

Din kienet l-ewwel reazzjoni tal-Ministru tal-Edukazzjoni meta affacjajnih bid-domandi tagħna – għalkemm aktar tard, bħal donnu prova jbiddel id-diska u qali li l-istituzzjonijiet iridu jżommu l-fiduċjali tan-nies. Fatt illi jikkonferma l-iskumdita enormi fost il-membri tal-Kabinett.

Ir-raid ordnat mill-Qorti fuq ir-residenza ta’ Joseph Muscat f’Burmarrad ħoloq terremot sħiħ f’Kastilja matul din il-ġimgħa. B’ħafna jinsistu li Muscat se jagħmel minn kollox biex jisfida lil Robert Abela u jirritorna fil-politika.

Mistoqsi jekk jaqbilx li sar ir-raid fir-residenza ta’ Muscat, Clifton Grima għażel li jżomm pass lura biex ma jurtax lill-klikka ta’ Muscat…li bhalissa tinsab irrabjata ferm ghal Robert Abela.

Mistoqsi min-Net News jekk jarahx kontradittorju l-fatt li Abela kien jitkellem dwar responsabbiltà politika u issa f’daqqa waħda spiċċa joħroġ għonqu għal Muscat… il-Ministru Gtima… anke hawn… baqa’ ma weġibx.

Dan kolllu qed jikxef il-qasma li hemm fost il-Ministri stess, b’uhud minnhom qed jitkellmu apertament mal-partitarji biex jappoġjaw lill-klikka ta’ Muscat – inkluz bil-protesti fit-toroq.