Lokali

Żewġt irġiel armati b’armi tan-nar jwettqu serqa f’ħanut f’Raħal Ġdid

Ilbieraħ, għall-ħabta tad-disgħa u kwart ta’ filgħaxija, seħħet serqa minn ħanut fi Triq Għajn Dwieli, Raħal Ġdid.

Il-Pulizija marret fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari jidher li żewġt irġiel mgħammdin u armati b’armi tan-nar, daħlu fil-ħanut u talbu l-flus lill-kaxxiera u klijent li kien fil-ħanut fil-ħin tas-serqa.

Iż-żewġt irġiel ħarbu minn fuq il-post wara li serqu ammont ta’ flus kontanti.

Il-klijent li hu raġel ta’ 26 sena residenti l-Kalkara ġie iċċertifikat bi ġrieħi ħfief minn tabib miċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid, filwaqt li l-kaxxiera u ħaddiem ieħor li kienu fil-ħanut ma sofrewx ġrieħi.

Il-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-ħallelin filwaqt li ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Nadine Lia li fetħet inkjesta.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin