Sport Sport Ieħor

Alf De Melandre jirbaħ it-tiġrija ewlenija

(Ritratt: Martin Agius)

Kenneth Vella

Meta l-Ħadd wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa saret it-tieni laqgħa tal-sena fuq disa’ tiġrijiet tat-trott, spikkat l-aktar dik tal-klassi Premier fuq distanza ta’ 2140m. Il-programm ikkonsista minn disa’ tiġrijiet kollha tat-trott fuq 2140m bit-tiġrija tal-aqwa klassi tintrebaħ mill-Franciz Alf De Melandre misjuq mill-aħjar sewwieq tal-istaġun li għadda, Rodney Gatt.

Ħdax -il żiemel ġrew fil-klassi Premier. Brasil De Bailly (Mario Fenech) kien l-aktar wieħed b’saħħtu matul l-ewwel metri tat-tiġrija. Minnufih dan fetaħ vantaġġ żgħir minn Virus (Michael Ellul) u Alf De Melandre (Rodney Gatt). Madankollu 400m mil-linja finali, iż-żiemel ta’ Fenech deher inaqqas mill-pass u eventwalment inqabeż minn Alf De Melandre li faċilment qasam il-linja finali b’tul minn Baron De Majuag (Alessandro Grech) u Virus (Michael Ellul). Brasil De Bailly kellu jikkuntenta bir-raba’ pożizzjoni. Intant ir-rebbieh kellu medja ta’ 1.15.2” fil-kilometru.

Il-laqgha nkludiet ukoll tiġrija normali tal-klassi Gold. Hawnhekk, Paul Galea poġġa lil Corky Ramirez quddiem f’nofs id-distanza. Dan ma kellu l-ebda diffikulta’ biez iżomm l-ewwel post sal-linja finali biex temm rebbiehħ b’tul minn Cyrus Du Lorault (Redent Magro) u Amiral De Beaulieu (Noel Baldacchino). What You Want (Rodney Gatt) temm fir-raba’ pożizzjoni.

Ir-riżultati kollha
I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Ernest Des Angles (Ch. Gauci) Ħin – 2.44.3” (1.16.8”) 2. Eole De Mahey (M. Fenech) 3. Fakir De Mone (D. Cortis) 4. Fast d’Ouville (P. Galea)

II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Good Buzz (K. Galea) Ħin – 2.44” (1.16.6”) 2. Faon De Vitard (R. Gatt) 3. Cambaceres (P. Galea) 4. Tyra I.H. (Ch. Bonello)

III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Quickspin (C. Calleja) Ħin – 2.45.7” (1.17.4”) 2. Django Lover (K.Agius) 3. Galerno Valou (C. Vassallo) 4. Crack De Bas (P. Galea)


IV Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Denka Du Frau (J. Gafa’) Ħin – 2.42.2” (1.15.8”) 2. Elios Noe (R. Magro) 3. Mystic Accident (N. Baldacchino) 4. Waikiki Man (M. Falzon)

V Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Corky Ramirez (P. Galea) Ħin – 2.42” (1.15.7”) 2. Cyrus Du Lorault (R. Magro) 3. Amiral De Beaulieu (N. Baldacchino) 4. What You Want (R. Gatt)

VI Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Triomphe Ferm (K. Saliba) Ħin – 2.42.9” (1.16.1”) 2. Livi Majesty (R. Gatt) 3. Brioni Du Vivier (C. Camilleri) 4. Edson Boko (J. Gafa’)

VII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Alf De Melandre (R. Gatt) Ħin – 2.41” (1.15.2”) 2. Baron De Majuag (A. Grech) 3. Virus (M. Ellul) 4. Brasil De Bailly (M. Fenech)

VIII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Defi Des Champs (K. Saliba) Ħin – 2.44.3” (1.16.8”) 2. After Eight (R. Gatt) 3. Secret Avenue (M. Fenech) 4. Conflit (T. Demanuele)

IX Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Felin De Christal (S. Schembri) Ħin – 2.50” (1.19.5”) 2. Gosse Fredano (N. Barbara) 3. Gladiateur Flower (T. Tanti) 4. Eliva d’Eriguy (K. Saliba)