Sfortunatament fl-aħħar 24 siegħa l-pandemija ħatfet 7 ħajjiet oħra.
Dan tħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa fejn ġie spjegat li bejn is-Sibt u l-Ħadd mietu bil-Covid-19 żewġt irġiel ta’ 86 sena, ieħor ta’ 89 sena u erba’ nisa ta’ 74, 81, 86 u 89 sena rispettivament.
Dan ifisser li fl-aħħar sitt ijiem biss tilfu ħajjithom 26 persuna kawża tal-virus għal total ta’ 532 sa mill-bidu tal-pandemija.
Fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 273 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li 1,431 qed jiġu meqjusa bħala mfejqa.
Għaldaqstant l-ammont ta’ każi attivi issa huwa dak ta’ 5,761.
Intant huma 93 il-pazjenti rikoverati l-Isptar Mater Dei u li huma pożittivi għall-virus, inkluż 6 li qed jingħataw il-kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
//= $special ?>