Ambjent Lokali

Delegat Laburista b’pożizzjoni ċara kontra l-proġett ta’ Ian Borg

“M’hemmx diskussjoni fuq mostru li se jeqred il-karattru u l-ħajja ta’ raħal li diġà fuq irkupptejh”.

Hekk iddikjarat l-attivista Laburista Desiree Attard f’kummenti fuq il-media soċjali fejn esprimiet ir-rabja tagħha lejn il-mossa tal-Gvern li jiżviluppa marina massiċċa fil-bajja ta’ Marsaskala.

Attard mhux biss qed tikkundanna l-proġett, iżda qed tappella lil-Laburisti biex isemmgħu leħinhom bil-vot.

“Ħbieb tat-tielet distrett, meta, fil-ġimgħat li ġejjin (jekk mhux diġà bdew) iħabbtulkom il-bieb jittalbu għall-vot, jew iċemplu jsaqsu għandkomx bżonn xi ħaġa – semmgħu leħinkom. Għidulhom x’għandna bżonn – u x’m’għandniex bżonn.”