Futbol Sport

Floriana jsaħħu posthom fit-tieni post b’rebħa fuq Birkirkara

(Ritratt: Trevor Sollars)

FLORIANA ………………. 1

BIRKIRKARA ……………. 0

Floriana: G. Kitanov, O. El Hasni, Z. Cassar, J. Arias (R. Hovsepyan 72’), A. Ciolacu (K. Keqi 46’), B. Paiber, E. Callegari, E. Rebenja (M. Micallef 72’), J. Busuttil (D. Agius 54’), A. Garzia, R. Camenzuli (C. Rutjens 59’)

Birkirkara:  A. Sylla, E. Pepe, Y. Yankam, L. Montebello, C. Bonanni (J. Valletta 85’), P. Mbong (J.Nsumoh 66’), C. Attard, B. Ngissah, O. Carniello (R. Scicluna 85’), L. Aguirre, D. Venancio

Referee: D.Agius

Assistenti Referees: D.Spencer, P.Apap

Fl-Istadium Nazzjonali Floriana kisbu rebħa mportanti fuq Birkirkara bl-iskor ta’ 1-0. B’din ir-rebħa Floriana saħħew posthom fit-tieni post tal-klassifika b’29 punt, erba’ punti wara l-leaders Hibernians.

Kienu Floriana li marru fil-vantaġġ fis-17-il minuta meta minn azzjoni ta’ Jan Busuttil kien Andrei Ciolacu li kkonkluda fix-xibka mill-viċin għal 1-0. Fis-37 minuta azzjoni għal Birkirkara meta x-xutt ta’ Claudio Bonanni għadda ftit barra mil-lasti Furjaniżi.

Fil-50 minuta Birkirkara ħasbu li kisbu l-gowl tad-draw meta Luke Montebello xeħet fix-xibka bir-ras, bil-gowl ikun mħassar minħabba offside. Fis-70 minuta Birkirkara għal darb’oħra viċin id-draw meta x-xutt fil-baxx ta’ Johnson Nsumoh għadda ftit barra. Sitt minuti wara Floriana spiċċaw jilagħbu b’10 plejers meta tkeċċa għalihom Aleandro Garzia wara li ntwera t-tieni karta safra.

Birkirkara komplew jattakkaw biex jiksbu l-gowl tad-draw , fejn fil-81 minuta il-freekick ta’ Leandro Aguirre għadda ftit barra. Fid-90 minuta minn corner ta’ Diego Venancio d-daqqa ta’ ras ta’ Yannick Yankam kienet salvata tajjeb mill-goalkeeper Georgi Kitanov.