Lokali

Il-gazzetti jtennu li l-Labour jinsab fi “kriżi li qed tippersegwita lil Abela”

Il-Laburisti huma rrabjati ghall-mod li bih gie umiljat Joseph Muscat.

Hekk stqarret il-gazzetta Illum fi tmiem gimgha li matulha sehh terremot fil-Gvern ta’ Robert Abela, bil-Prim Ministru tant ħassu dahru mal-ħajt li spiċċa jattakka lill-istituzzjonijiet u jghid li dawn iridu joqgħodu attenti.

Din kienet l-ewwel reazzjoni tal-Prim Ministru wara li seħħ ir-raid fuq id-dar ta’ Joseph Muscat … għalkemm umbagħad, l-istorja ma waqfitx hawn.

L-Illum ikkwotat lil Ministru li sejjaħ ir-raid fuq id-dar ta’ Muscat bħala teatrin sħiħ għax dak mhux mod li bih ikun trattat eks Prim Ministru. Hu tenna li jenħtieġ immorru għal elezzjoni għax il-Labour m’għandux x’jambi dan l-inkwiet.

Il-Ministru spjega li jekk Muscat ikun mgħajjat fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, jistenna li jmorru numru ta’ partitarji fil-post, fosthom min taqbiżlu malajr.

Ministru ieħor qal lill-istess gazzetta li hekk ukoll rabja iddirezzjonata lejn il-Prim Ministru, partikolarment dwar il-mod kif saru l-affarijiet. Fil-fatt, hu spjega li n-nies li kellmuh qalulu li l-akbar rabja li għandhom mhix għax sar ir-raid, iżda kif sar. Hemm min staqsih ukoll kif seta’ Abela ma kienx jaf bir-raid.

Ir-rabja tal-partitarji Laburisti għar-raid fid-dar ta’ Muscat f’Burmarrad kienet deskritta wkoll minn sors ieħor fi ħdan il-Labour, li qal li s-sitwazzjoni fosthom hi ħażina ħafna għax iħossu li l-eks Leader ġie umiljat.

Sadanittant, dak li sehh fl-aħħar jiem kien deskritt mill-gazzetta MaltaToday bħal ħolma kerha li kompliet tippersegwita lil Abela, partikolarment minħabba li qed jibża’ mir-realtà tal-comeback ta’ Muscat.

Il-gazzetta qalet li d-dikjarazzjoni ta’ Muscat li jerġa’ lura fix-xena pubblika kienet ta’ terremot għall-Partit Laburista. Dan hekk kif is-sentiment fost il-partitarji Laburisti hu li l-messaġġ ta’ Muscat kien aktar wieħed li jikkundizzjona lil Abela biex ma jitfax lill-eks Leader fil-ġenb.

Dawn ir-rapporti ikomplu jikkonfermaw li r-rabja għal Abela mill-klikka ta’ Muscat tant kienet kbira li saħansitra bdew isejħu għal protesti fit-toroq. Dan kuntrarju għall-klikka ta’ Abela, li ma jridux lil Muscat jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li ġejja.