Lokali

Jallega li kien aggredit b’arma li taqta’ u bil-ponta

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-10:30pm, daħal raġel l-Għassa ta’ Marsalforn u allega li kien għadu kif ġie aggredit minn raġel ieħor b’arma li taqta’ u bil-ponta, waqt li kien fi Triq il-Qbajjar, iż-Żebbuġ, Għawdex.

Minħabba li r-raġel – Sudaniż ta’ 26 sena residenti ż-Żebbuġ, Għawdex – kellu xi ġrieħi, il-Pulizija talbet l-assistenza medika u ambulanza ħaditu l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet u bit-tfittxijiet għall-aggressur.