Futbol Sport

Milan u Juventus itemmu fi draw

(Ritratt: EPA)

Il-partita prinċipali bejn Milan u Juventus intemmet fi draw ta’ 0-0. B’dan id-draw Milan intlaħqu fit-tieni post tal-klassifika minn Napoli b’49 punt, filwaqt li Juventus baqgħu fil-ħames post tal-klassifika bi 42 punt. Napoli telgħu fit-tieni post tal-klassifika meta għelbu lil Salernitana bl-iskor ta’ 4-1. Kienu Napoli li fetħu l-iskor permezz ta’ Juan Jesus fis-17-il minuta iżda Salernitana kisbu d-draw fit-33 minuta meta kien Federico Bonazzoli li kkonkluda fuq pass ta’ Wajdi Kechrida. Fil-ħin mogħti żejjed tal-ewwel taqsima Napoli rdoppjaw minn penalty ta’ Dries Mertens. Fit-tieni taqsima Amir Rrahmani għamluhom tlieta qabel ma huma skorjaw ir-raba’ gowl minn penalty ieħor din id-darba skorjat minn Lorenzo Insigne.

Roma wkoll kisbu rebħa mportanti ta’ 4-2 fuq Empoli biex saħħew posthom fis-sitt post tal-klassifika. Roma marru erba’ gowls vantaġġ fl-ewwel taqsima b’doppjetta ta’ Tammy Abraham fl-24 u fit-33 minuta. L-akkwist il-ġdid Sergio Oliveira għamilhom tlieta fil-35 minuta qabel Nicolo Zaniolo skorja r-raba’ gowl żewġ minuti wara. Fit-tieni taqsima Empoli wettqu reazzjoni u skorjaw fil-55 minuta permezz ta’ Andrea Pinamonti, qabel ma rdoppjaw minn Nedim Bajrami.

SERIE A

Il-Ġimgħa: Verona v Bologna 2-1 Ilbieraħ: Genoa v Udinese 0-0, Inter v Venezia 2-1, Lazio v Atalanta 0-0 Illum: Cagliari v Fiorentina 1-1, Napoli v Salernitana 4-1, Spezia v Sampdoria 1-0 Torino v Sassuolo 1-1 Empoli v Roma 2-4, Milan v Juventus 0-0