Internazzjonali

New Zealand: Jacinda Ardern tħassar it-tieġ b’riżultat tal-pandemija

Il-Prim Ministru ta’ New Zealand, Jacinda Ardern, ħassret it-tieġ tagħha wara li ħabbret sensiela ta’ restrizzjonijiet ġodda relatati mal-Covid.

Intant, il-pajjiż, fl-aħħar sigħat, spiċċa suġġett għall-ogħla livell ta’ restrizzjonijiet minħabba li nstabu l-clusters ġodda tal-varjant Omicron.

Ir-restrizzjonijiet jinkludu limitazzjoni ta’ 100 persuna vvaċċinati għall-avvenimenti — biċ-ċittadini ta’ New Zealand iridu jilbsu bilfors il-maskra biex jidħlu fil-ħwienet u jużaw it-trasport pubbliku.

Sallum New Zealand irreġistra ftit aktar minn 15,000 każ tal-Covid u 52 mewta relattata mal-pandemija.

Il-Prim Ministru Ardern, jiem ilu, kienet qed tħejji biex tiżżewweġ lil Clarke Gayford, li hu personalità tat-televiżjoni. Hi issa sostniet li deċidiet biex it-tieġ tagħha ma’ isirx għalissa ‘għaliex mhix differenti minn eluf ta’ ċittadini oħrajn li għaddew mill-effetti ħafna aktar devastanti relatati mal-pandemija’.