Lokali

“Tal-Partit Laburista jkejlu b’xibirhom” – PN

B’referenza għall-artiklu fil-faċċata tal-gazzetta ‘Kullħadd’ il-Partit Nazzjonalista saħaq li l-istess bħal Robert Abela, Karl Stagno Navarra u l-gazzetta tal-Partit Laburista ‘Kullħadd’ ikejlu b’xibirhom. Jattribwixxu lil ħaddieħor l-attakki li huma regolarment jagħmlu fuq il-ġurnalisti.

Fi stqarrija l-PN fakkar li aktar kmieni din il-ġimgħa kien Karl Stagno Navarra stess li fetaħ attakk fuq ġurnalisti indipendenti u li dwaru Robert Abela baqa’ ma għamel xejn.