Internazzjonali

Turkija: Ħabs talli ‘insulentat’ lill-President Erdogan

Qorti fit-Turkija ordnat l-arrest ta’ ġurnalista prominenti talli hi, allegatament, insulentat lill-President Tork Recep Tayyip Erdogan.

Il-ġurnalista, Sedef Kabas , spiċċat arrestata f’Istanbul, bil-qorti toħroġ direttiva biex din il-mara tintefa’ l-ħabs qabel tgħaddi minn proċess ġudizzjarju.

Kabas hi akkużata dwar ‘attakk fuq Erdogan’ wara li hi kwotat proverbju waqt xandira diretta fuq stazzjon tat-televiżjoni b’simpatiji mal-Oppożizzjoni Torka. L-akkuża sostniet li l-ġurnalista ‘użat il-proverbju bil-ħsieb li titfa’ lill-President f’dawl ħażin’ – b’Kabas qed tiċħad għall-akkuża li ġġorr sentenza ta’ bejn sena u erba’ snin ħabs.