Sport Sport Ieħor

Weightlifting u Kalid Wajih fi SportExtra numru 14

Fl-erbatax il-programm SPORT EXTRA li se jixxandar għada l-Ħadd 16 ta’ Jannar fuq NetTV mit-3.20 pm ‘l quddiem l-enfażi hija fuq il-weightlifting u l-atletika.

L-intervista esklussiva fil-programm hija mal-kowċ internazzjonali tal-atletika KALID WAJIH li minn karriera fl-atletika fejn irrappreżenta lil Iraq fl-għola livelli inkluż il-kisba ta’ midalja tal-fidda fl-1989 fil-Logħob Pan-Afrika tal-Atletika, illum huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa kowċis għad-discus u shot-put.

Fl-ewwel parti tal-programm l-enfażi fuq il-weightlifting u analiżi dwar dak li seħħ matul l-2021. Intervistati minn Charles Camenzuli, il-President tal-Malta Weightlifting Federation JESMOND CARUANA kif wkoll il-weightlifters YAZMIN ZAMMIT STEVENS u TENISHIA THORNTON .

Fl-istess programm l-istess weightlifters fl-azzjoni kemm waqt l-aħħar kompetizzjonijiet internazzjonali kif wkoll waqt l-aħħar sessjoni ta’ taħriġ fiċ-ċentru tal-weightlifting fil-Cottonera.

SPORT EXTRA għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli b’muntaġġ tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri u filmati minn Ramon Farrugia u Mikhail Micallef.