Lokali

Bżonn ta’ edukazzjoni ta’ kwalitá għal uliedna u tul il-ħajja – PN

Fil-Jum Internazzjonali tal-Edukazzjoni il-Partit Nazzjonalista jsellem lill-edukaturi u l-istudenti kollha filwaqt li jkompli jisħaq dwar l-importanza ta’ edukazzjoni ta’ kwalitá għal uliedna u tul il-ħajja.

Permezz ta’ stqarrija, il-Kelliem għall-Edukazzjoni u Sport Clyde Puli saħaq li pajjiżna jeħtieġ tassew jittrasforma l- edukazzjoni li qiegħed joffri biex jiżviluppa l-potenzjal ta’ kull tifel u tifla. Sfortunatament in-nuqqas ta’ governanza tajba fis-settur edukattiv fl-aħħar snin wasslet biex l-edukaturi tagħna ġew kemm-il darba demotivati u ddisrispettati filwaqt li s-sistema edukattiva tagħna qed tfalli f’diversi kejl internazzjonali. Pajjiżna qiegħed mal-aħħar pajjiżi ewropej fil-kejl tal-‘early school leavers’ u ma jaqbiżx in-nofs fil-qari, fil-matematika u fix-xjenza.

Il-Partit Nazzjonalista diġá ressaq diversi proposti għal titjib fis-settur edukattiv fosthom ta’ strategija nazzjonali li fost ohrajn tagħmel emfażi fuq is-snin bikrin tal-edukazzjoni, il-ħsieb kritiku u l-iżvilupp ħolistiku tal-persuna.

It-tema li għażlet il-Ġnus Magħquda din is-sena hija ‘Nibdlu r-Rotta, Nittrasformaw l-Edukazzjoni