Sfortunatament, fl-aħħar 24 siegħa kellna 2 mwiet oħra b’rabta mal-COVID-19 f’pajjiżna hekk kif tilfu ħajjithom raġel ta’ 55 sena u raġel ta’ 90 sena….
Dan itella l-ammont ta’ vittmi kawża tal-pandemija għall-534 filwaqt li wieħed jista’ jinnota li fl-aħħar 3 ijiem biss, tilfu ħajjithom 13-il persuna.
Fl-aħħar sigħat ġew irreġistrati 202 każ ġdid tal-Covid-19 f’pajjiżna….l-anqas ammont ta’ każi rreġistrati tul dawn l-aħħar ġimgħatejn.
Dan filwaqt li 1,253 persuna ġew irreġistrati bħala mfejqa, sabiex b’hekk l-każi attivi f’pajjiżna issa jammontaw għal madwar 4,708
Bejn il-Ħadd u t-Tnejn il-pazjenti pożittivi rikoverati fl-Isptar Mater Dei reġgħu żdiedu hekk kif issa qed jammontaw għal 103… b’6 minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
//= $special ?>