Lokali

Diversi nħawi f’pajjiżna jintlaqtu minn maltempata bis-silġ

Ftit tal-ħin ilu diversi nħawi f’pajjiżna ntlaqtu minn maltempata tas-silġ, fosthom il-lokalitajiet ta’ Burmarrad, il-Mosta, in-Naxxar u Ħ’Attard.

Skont il-paġna ‘It-Temp Madwarna’ kien irrapurtat li l-mewġa polari Siberjana li ġabet temp kiesaħ ħafna u borra fir-reġjun kollu tal-Balkani laħqtet lil pajjiżna ftit tal-ħin ilu hekk kif qed ikun mistenni li matul il-lejl kif ukoll matul il-jum ta’ għada jkollna temperaturi baxxi b’temperatura massima ta’ 10°C u dik minima ta’ 4°C, li fir-riħ tinħass 0°C.