Iċ-ċiklist ta’ Ineo Egan Bernal jinsab rikoverat l-isptar wara inċident li kellu fit-taħriġ. Madanakollu t-tim tiegħu Ineo Grenadiers ikkonfermaw li l-Kolumbjan jinsab f’qagħda stabbli. Rapporti fil-media internazzjonali qed jindikaw li Bernal ħabat f’vettura viċin il-post fejn joqgħod fil-Kolumbja. Bernal rebaħ it-Tour de France fl-2019 u l-Giro d’Italia fl-2021 u ftit xhur ilu għadu kemm ġedded il-kuntratt mat-tim tiegħu sal-2026.
//= $special ?>Egan Bernal rikoverat l-isptar wara inċident waqt it-taħriġ
24 ta' Jannar 2022