Internazzjonali

Ġermanja: Jinqatel aggressur li darab lin-nies f’lecture hall ta’ università

Raġel armat, fl-aħħar minuti, daħal f’lecture hall tal-università fil-belt ta’ Heidelberg fejn spiċċa jferi lil diversi nies qabel spiċċa maqtul fuq il-post. Għalissa ftit hemm magħruf dwar l-aggressur u x’seta’ kien l-iskop tiegħu.

Il-Pulizija Ġermaniża qalet li r-raġel kien fil-pussess ta’ ‘diversi armi’ u li l-qawwiet tas-sigurtà kienu għaddejjin b’ħidma ta’ emerġenza urġenti f’ Neuenheimer Feld, li hi zona prinċipali ta’ din il-belt — magħrufa l-aktar għall-università tagħha.

Skont l-aħħar rapporti, il-pulizija kienet qed titlob lin-nies biex jevitaw iz-zona biex ma jtellfux il-ħidma tal-iskwadri għall-emerġenzi.