Futbol Sport

Il-Kamerun u l-Gambja fil-kwarti finali fit-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani

Il-Kamerun kisbu rebħa ta’ 2-1 fuq il-Comoros biex għamluha għall-kwarti finali fit-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani. Wara biss seba’ minuti tkeċċa għal Comoros Nadjim Abdou sabiex bi plejer aktar fid-29 minuta Kamerun marru fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Vincent Aboubakar kien KARL TOKO EKAMBI li għeleb lil Chaker Alhadhur.

L-andament matul it-tieni taqsima baqa’ l-istess bil-Kamerun jirduppjaw fis-70 minuta permezz ta’ VINCENT ABOUNBAKAR minn azzjoni ta’ Martin Hongla. Żewġ gowls minn taħt u bi plejer anqas Comoros wettqu reazzjoni b’YOUSSOUF M’CHANGHAMA jgħeleb lil Andre’ Onana fil-81 minuta biex għamel l-iskor 2 – 1 bil-Kamerun jiddefendu r-riżultat fil-minuti li kien fadal b’mod li issa sabu post mal-aħħar tmienja.

Immexxija mill-eks kowċ tat-tim nazzjonali Malti Tom Saintfiet, il-Gambja b’gowl fit-tieni taqsima ikkonfermaw li sa issa huma s-sorpriża tal-kompetizzjoni meta għaddew mal-aħħar tmienja . 0 – 0 sa tmiem l-ewwel taqsima biex fil-71 minuta minn azzjoni ta’ Yusupha Bobb kien l-attakkant ta’ Bologna MUSA BARROW li għeleb lil Aly Keita f’dak li kellu jkun il-gowl deċiżiv. Fis-87 minuta tkecca Yusupha Njie għal Gambja filwaqt li fit-tielet minuta tal-ħin miżjud tkecca Ibrahima Conte għal Guinea.

TAZZA TAN-NAZZJONIJIET AFRIKANI

Illum: Guinea v Gambja 0-1, Kamerun v Comoros 2-1