Sport Sport Ieħor

Imut Szilvester Csollany, wieħed mill-aqwa ġinnasti ta’ kull żmien

Tħabbret il-mewt ta’ wieħed mill-aqwa ġinnasti ta’ kull żmien SZILVESTER CSOLLANY li f’Dicembru 2019 kien il-mistieden ewlieni fl-MOC Sports Awards u eventwalment mistieden fil-programm Sport Extra fuq NetTelevision. Huwa miet riżultat tal-pandemija tal-Covid 19 wara li għal dawn l-aħħar ġimgħat kien rikoverat fi sptar f’Budapest. Huwa kellu 52 sena Rebbieh tal-midalja tad-deheb fl-Olimpijadi ta’ Sydney fis-sena 2000.

Dakinhar kien kiseb il-puntegg ta’ 9.85 minn 10 . Erba’ snin qabel fl-Olimpijadi ta’ Atlanta kien kiseb il-midalja tal-fidda. Is-success fl-Olimpijadi ta’ Sydney wasslu biex rebah l-Isportiv tas-Sena tal-Ungerija liema success irrepetih fl-2002 meta rebah il-medalja tad-deheb fil-Kampjonati tad-Dinja tal-Ginnastika Artistika f’Debrecen F’hames edizzjonijiet tal-istess Kampjonati tad-dinja, fl-1992 – Parigi, 1996 – San Juan, 1997 – Lausanne, 1999 – Tianjin and 2001 – Ghent huwa kiseb il-midalja tal-fidda apparti li fl-1998 kien rebah il-midalja tal-deheb fil-Kampjonati tal-Ewropa. Kien wiehed mill-aqwa kowcis tal-ginnastika kemm fl-Ungerija kif wkoll f’bosta pajjizi ohra madwar id-dinja.